Denfil ċkejken miet wara li grupp ta’ għawwiema tellgħuh mill-baħar biex joqgħodu jieħdu s-‘selfies’ bih.
Il-każ seħħ fil-bajja popolari ta’ Santa Teresita fl-Arġentina.
Id-denfil tkaxkar mill-kurrenti lejn ix-xatt u l-għawwiema ħatfu l-opportunià biex jieħdu r-ritratti miegħu. Madanakollu, wara ftit ħin, id-denfil nixef mill-ilma u sfortunatament miet.
L-awtoritajiet fl-Arġentina appellaw biex dawn it-tip ta’ annimali ma jitħallewx għal ħin twil barra mill-ilma meta jkunu qed jiġu salvati.
//= $special ?>