L-ajruplan tal-Papa Franġisku ntlaqat minn raġġ ta’ laser, skont stqarrija maħruġa mill-Alitalia lbieraħ.
Fl-istqarrija, il-linja nazzjonali tal-ajru Taljana qalet li wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ abbord l-ajurplan lemaħ raġġ ta’ laser ġej mill-art hekk kif l-ajruplan kien qed iħejji biex jagħmel l-inżul tiegħu f’Mexico City.
L-ajuplan xorta waħda għamel inżul b’mod sigur f’Mexico City fejn il-Papa Franġisku beda vjaġġ ta’ ħamest ijiem fil-Messiku.
L-Alitalia qalet li ħadd mill-membri tal-ekwiġaġġ jew mill-passiġġieri ma weġġa’ bir-raġġ. Il-Vatikan min-naħa tiegħu qal li l-anqas biss kien jaf b’dan l-inċident qabel ma feġġew rapporti dwaru. Madanakollu, jidher li l-Kaptan tal-ajruplan kien pront u rrapporta l-inċident lit-torri tal-kontroll hekk kif seħħ.
Mhux magħruf jekk il-laser kienx ippuntat lejn l-ajruplan tal-Papa Franġisku b’mod intenzjonat, madanakollu dawn it-tip ta’ inċidenti saru komuni ħafna. Fl-Istati Uniti, bejn Jannar u Ottubru tas-sena li għaddiet kienu rrappurtati aktar minn 5,300 inċident ta’ lasers li ġew ippuntati lejn ajruplani.
//= $special ?>