Malta Public Transport tħabbar sit elettroniku ġdid

L-awtorita’ governattiva Malta Public Transport illum nedhiet is-sit elettroniku l-ġdid publictransport.com.mt. Skont Malta Public Transport, is-sit se jkun qed jgħin lil dawk kollha li jagħmlu użu mis-servizz tat-Trasport Pubbliku billi jipprovdi servizz aġġornat u informazzjoni affidabli.

Il-Malta Public Transport, riċentament bidlet id-diżinn ta’ madwar 2,00 skeda, flimkien ma’ mappep ġodda tar-rottot tal-linja. Dawn il-mappep juru wkoll il-waqfiet u l-vened. L-istess kumpanija investiet f’madwar 100 displays li juru l-ħin tal-linja li jkun imiss.

Id-direttur kummerċjali Daniel Grech ħabbar ukoll li l’ quddiem se tkun disponibbli app għal smartphones.Is-sit il-ġdid huwa disponibbli kemm bl-Ingliż u kif ukoll bil-Malti, u se jieħu post is-sit l- tallinja.com.