Mara ta’ 43 sena sofriet ġrieħi ħfief wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fl-Msida.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar, fi Triq il-Monsinjur Carmelo Zammit bejn Fiat Punto misjuqa minn mara Taljana ta’ 43 sena, minn Ħ’Attard u Renault Megane misjuqa minn mara ta’ 35 sena, min-Naxxar.
Kawża tal-impatt, il-karozza tat-tip Fiat ħabtet ukoll ma’ żewġ vetturi oħra li kienu pparkjati.
Fuq il-post issejħu l-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li għenu biex il-mara ta’ 43 sena setgħet tinħareġ mill-vettura. Il-mara ta’ 35 sena ma sofriet l-ebda ġrieħi.
//= $special ?>