Internazzjonali

Rapporti li nqatel kap tal-Al-Shabab

USAF C-5 Galaxy supporting the humanitarian relief effort to Rawanda shares space on the crowded Moi International Airport flight line with a Kenyan Air Force F-5 Freedom Fighter.

Il-kap tas-servizzi sigrieti tal-grupp terroristiku Al-Shabab qed jingħad li nqatel waqt attakk minn qawwiet tal-ajru Kenjani fuq inħawi lejn in-Nofsinar tas-Somalja.
Stqarrija mill-Armata tal-Kenja sostniet li Mohammed Karatey u għaxar kmandanti oħra tal-Al-Shabab tilfu ħajjithom f’dan l-attakk, li jingħad li seħħ fit-8 ta’ Frar li għadda.
Magħruf li Karatey kellu rwol ewlieni fl-attakk kbir tax-xahar li għadda mill-militanti tal-Al-Shabab fuq bażi militari tal-Kenjani f’territorju Somalu.
Il-Kenja tikkontribwixxi aktar minn 4,000 suldat għall-qawwa tal-Unjoni Afrikana (magħmulha minn 22,000 element) fis-Somalja. Din il-qawwa qed tgħin lill-Gvern Somalu, appoġġjat min-Nazzjonijiet Uniti, fil-ġlieda kontra l-militanti tal-Al-Shabab li hu fergħa tal-moviment Al-Qaeda.