Fi Brussel il-Ħamis fetaħ summit kruċjali tal-Unjoni Ewropea, summit li hu dominat minn żewġ temi li jista’ jkollhom effett kbir fuq il-ġejjieni tal-għaqda.
Dawn huma dik li qed tisejjaħ bħala Brexit, il-possibbiltà ta’ ħruġ tar-Renju Unit mill-għaqda, u il-kriżi tal-immigrazzjoni.
Fis-summit se jkun preżentat abbozz ta’ riformi li qed titlob ir-Renju Unit, riformi li l-Prim Ministru Ingliż David Cameron irid qabel ma jsejjaħ referendum dwar is-suħbija tal-pajjiż fl-UE. Cameron kien wiegħed referendum dwar is-sħubija fl-UE u jekk jikseb dak li jrid mill-UE, aktarx jissejjaħ referendum f’Ġunju li ġej. Imma l-proċess mhux wieħed faċli.
Cameron qed jitlob bdil fir-regoli fejn jidħlu l-benefiċċji soċjali liċ-ċittadini ta’ pajjiżi oħra tal-UE, il-kompetitzzjoni, kif ukoll iz-zona ewro u s-sovranità.
Tema oħra li se tiddomina hi dik tal-kriżi tal-immigrazzjoni hekk kif diversi pajjiżi reġgħu bdew jimponu restrizzjonijiet tul il-fruntieri biex irażżnu d-dħul ta’ immigranti, dħul li hekk kif tidħol ir-Rebbiegħa mistenni jirranka.
Summit kruċjali għall-Unjoni Ewropea
