L-ewwel minn diversi konvojs b’għajnuna umanitarja bdew jaslu f’diversi zoni assedjati tas-Sirja.
Fost dawn kien hemm Muadhamiya qrib il-kapitali Damasku, fejn matul il-ġurnata tal-Erbgħa daħlu 35 trakk tas-Salib l-Aħmar Sirjan. Ilbieraħ, l-għajnuna kienet fi triqitha wkoll lejn Madaya u Zabadani, ukoll qrib Damasku u lok ta’ tbatija kbira għall-popolazzjoni lokali.
Hu stmat li hemm tal-anqas 500,000 persuna jgħixu f’zoni assedjati tas-Sirja.
L-għajnuna qed titwassal bħala parti minn ftehim bejn il-potenzi ewlenin nhar il-Ġimgħa bit-tama li jkun hemm waqfien mill-ġlied. Imma offensivi kemm mill-Aramat Sirjana kif ukoll minn ġellieda Kurdi kontra zoni kkontrollati mir-ribelli fil-provinċja ta’ Aleppo tappnu ftit it-tama ta’ xi ftehim.
Fi żvilupp ieħor, Yalcin Akdogan, id-Deputat Prim Ministru Tork, qal li t-Turkija trid toħloq buffer-zone li tidħol għaxar kilometri ġewwa s-Sirja mill-fruntiera Torka. Dan hekk kif tul din il-ġimgħa kollha, il-militar Tork ibbumbardja forzi Kurdi Sirjani impenjati kotnra l-ISIS fis-Sirja.
.
Tasal l-ewwel għajnuna fil-bliet assedjati Sirjani
