Mis-sajf li għadda bl-istess problema u s-sistema għadha ma taħdimx
Ħafna jiftakru kif fis-sajf li għadda t-terminal tal-Imġarr t’Għawdex kien bla arja kundizzjonata għax din kienet bil-ħsara u ma ssewwitx.
Issa li s-sajf għadda, għaddiet il-ħarifa u l-istaġun tax-xitwa fadallu biss ftit aktar minn xahar biex jispiċċa, jirriżulta minn mistoqsija parlamentari li saret fil-Parlament li s-sistema ta’ arja kundizzjonata f’dan it-terminal minn fejn jgħaddu kull ġimgħa eluf ta’ Maltin u turisti, minbarra l-Għawdxin li ta’ kuljum jaqsmu lejn Malta, għadha ma taħdimx.
Ix-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said, staqsa lill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo biex jgħid x’passi ttieħdu fl-aħħar xhur biex fis-sajf li ġej, ma tirrepetix il-problema ta’ nuqqas ta’ arja kundizzjonata fit-terminal tal-Imġarr Għawdex, u jgħid kemm sewa x-xogħol biex din l-arja kundizzjonata terġa’ tibda taħdem kif suppost.
Il-Ministru għal Għawdex qal fit-tweġiba tiegħu bil-miktub, li x-xogħol fuq it-tiswija tas-sistema tal-arja kundizzjonata għadu għaddej u mistenni jitlesta fi ftit ġimgħat oħra. L-ispiża ta’ dan ix-xogħol tkun tista’ tingħata meta x-xogħol jitlesta.
//= $special ?>