Erba’ bring in sites inqerdu minn nar qawwi fi Triq Patri Ġuże’ Delia fs-Siġġiewi, li kkawża wkoll ħsara f’ħajt ta’ residenza privata.
Għalkemm mhux eskluż li dan hu każ ta’ vandaliżmu, possibilta’ oħra hi li xi ħadd rema’ sigarett f’waħda mill-bring in sites, aktarx f’dik tal-karti, bil-konsegwenza li tkebbes in-nar u nfirex.
Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi talab lill-Pulizija biex jinvestigaw dan il-każ.
Min għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ jista’ jgħaddiha lill-Kunsill Lokali jew inkella direttament lill-Pulizija, anke’ b’mod kunfidenzjali.
//= $special ?>