L-awtorita’ governattiva tal-MEPA (Malta Environment and Planning Authority), approvat permess ta’ ippjanar għall-estensjoni u żvilupp ta’ 2,280 qabar ġdid fiċ-ċimiterju tal-Addolorata.
Is-sit tal-estensjoni tinsab fiż-żona magħrufa bħala Tal-Ħorr fil-limiti ta’ Ħal Luqa, u se tkompli żżid maċ-ċimiterju preżenti, u tiżdid iż-żona man-naħa tan-Nofsinhar. Minħabba l-importanza tal-wirt storiku u arkitetutturali tal-istess ċimiterju, d-disinn tal-parti l-ġdida se jkollha l-misraħ nofs tond fuq disinn tal-Perit Galizia.
Mal-istess pjanta, se jiżdiedu 55 spazji ta’ parkeġġ għall-karozzi, inkluż numru ta’ speċi differenti ta’ siġar.
//= $special ?>