Lokali

FILMAT: Ikkontrollat nar fl-Universita’ ta’ Malta

Il-Pulizija ssejħu fil-kampus tal-Universita’ ta’ Malta lbieraħ tard wara nofsinhar wara li ġie nnutat nar fuq wieħed mill-bjut tal-Universita’.

Fortunatament in-nar, li jidher beda minn ħsara li żviluppat minn kumpressur tal-arja kundizzjonata, ġie kkontrollat malajr wara azzjoni mmedjata li ħadu uffiċjali tas-sigurta’ tal-Universita’ stess.