Lokali

Hold-up f’banka tal-lottu f’San Ġwann, is-sid jiġi aggredit

Arkivji

Raġel ta’ 60 sena minn San Ġwann, li huwa sid banka tal-lottu, safa aggredit waqt hold-up li seħħ illejla f’San Ġwann. Il-hold upm seħħ għall-ħabta tas-19,00 fi Triq il-Mensija.

Huwa rrapurtat li l-ħalliel daħal fil-binja tal-banka tal-lottu b’arma tan-nar u liebes maskra sewda. Il-ħalliel ħarab fuq il-post ftit wara u ġie indikat li hu seraq madwar elf ewro.

Il-Pulizija tal-RIU qed tkompli tinvestiga l-każ.