Kurżitajiet Lokali

Ix-xemx f’Jannar – Tajjeb għall-għawm!

It-temperatura tal-baħar f’Jannar kien sħun aktar minn normal, tant li kien tajjeb għal għawm – hekk stqarr l-Uffiċju Meterjoliġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Filfatt, il-baħar kellu temperatura medja ta’ 17.6 gradi celcius fejn skont l-istess uffiċju, il-baħar ilu ma jkun dashekk sħun tmienja u tletin sena.

Jannar li għadda kien ikkaraterizzat minn temperaturi sħan, riħ ħafif, inqas xita u aktar xemx mis-soltu. It-temperatura medja, matul l-ewwel xahar tas-sena, kien ta’ 13.6 gradi celcius, u fatt stramb kien li l-iktar jum imdawwal matul Jannar dam għal aktar minn disa’ sigħat, fejn normalment din issir għal ħabta ta’ April.

Minkejja li ħafna kienu dawk li ħadu gost b’dan it-temp pjuttost sajfi, ħafna kienu dawk li ġew affetwati ħażin. Dan it-temp inkwieta ħafna bdiewa, fejn in-nuqqas ta’ xita kreat problemi fl-għelieqi tagħhom.

Iżda l-aktar Jannar xott kien dak tal-1983, meta niżlet biss 8mm ta’ xita. Din is-sena f’Jannar niżlet biss 28.2mm.

F’Jannar bejn is-16 u d-19 tax-xahar, kellna temp ikrah, ikaratterizzat minn silġ, ragħad, irjiħat qawwija u l-aktar temperatura baxxa tax-xahar, dik ta’ 5.9 gradi celcius.