Il-lijders Juventus fallew iċ-ċans li jkabbru l-vantaġġ fil-quċċata u jassiguraw ġimgħa oħra fl-ewwel post, meta barra minn darhom spiċċaw fi draw ta’ 0-0 kontra Bologna. B’dan id-draw, Juventus tilfu l-opportunità li jiksru r-rekord eżistenti ta’ rebħiet konsekuttivi ta’ Inter meta qabel din il-partita, kienu rebħu 15-il logħba konsekuttiva kontra r-rekord ta’ 17-il logħba ta’ Inter.
Juventus kellhom il-kmand tal-partita għal ħafna ħinijiet iżda ma kinux perikolużi biżżejed bl-aktar pressjoni tasal lejn l-aħħar għaxar minuti bil-gowlkiper ta’ Bologna Antonio Mirante jwettaq save brillanti fl-aħħar minuti. Jekk Napoli jirbħu l-Ħadd kontra Milan, it-tim ta’ Maurizio Sarri jerġa’ jitla fil-quċċata.
//= $special ?>