Futbol Sport

Karta bomba mal-kowċ tal-plejers ta’ Juventus

Skont il-media Taljana, ftit minuti qabel il-partita tal-lejla bejn Juventus u Bologna seħħ inċident, fid-direzzjoni tal-kowċ tal-plejers ta’ Juventus. Kif il-kowċ waslet fl-istadium, intefgħat karta bomba. Fortunatament ħadd ma weġġa’, u ma kien hemm l-ebda ħsara fil-kowċ.

Il-karta bomba splodiet metru bogħod mill-kowċ tal-plejers li wasslet lit-tim Juventin f’Bologna, waqt li l-plejers kienu neżlin biex jidħlu fl-istadium Dell’Ara.