Il-gazzetta Taljana la Repubblica, rrapurtat li wara li nħareġ il-film Spotlight, li rraporta l-iskandlu tal-abbużi ta’ numru ta’ tfal minn saċerdoti tal-Knisja Kattolika, kien l-Arċisqof Malti Charles Scicluna li kellu l-kuraġġ u kien minn tal-ewwel li jitkellem pubblikament dwaru.
Il-film Spotlight reġa’ tefa’ dawl fuq il-każ tal-2001, fejn l-gazzetta Boston Globe, kienet svelat numru ta’ każijiet ta’ abbużi sesswali minn saċerdoti fuq tfal minorenni fl-Amerka. In-numru ta’ saċerdoti akkużati pubblikament bl-abbuzi, kien ta’ 249, iżda fl-2008 ġie mħabbar li n-numru ta’ vittmi kien ta’ 1,476 persuna.
Fir-rigward ta’ dawn in-numri ta’ każijiet, La Repubblica rrapurtat l-Arċisqof Charles Scicluna jgħid li n-numru jħallu impressjoni, iżda f’dan il-film mhux in-numri iħallu impressjoni, imma s-silenzju fuq il-każijiet li xekkel milli sseħħ ġustizja. L-Arċisqof kompla billi rrimarka, li mhux is-saċerdoti biss huma ħatja, imma hemm diversi kompliċi fil-każijiet, inkluż dawk li kienu jafu bl-abbużi baqgħu kwieti. fosthom il-ġurnalisti.
L-Arċisqof semma’ kif kien il-Papa Ġwanni Pawu II li tkellem mal-kardinali rigward il-każ u qal: “M’hemmx post fis-saċerdozju u fil-ħajja reliġjuża għall-qassisin u reliġjużi li jabbużaw mit-tfal”. Kompla billi kwota wkoll l-Papa Benedittu XVI fejn qal li l-pedofelija ma jistax jitħares bħala sempliċiment dnub, iżda bħala delitt u azzjoni kriminali.
//= $special ?>