Harper Lee, l-awtur tal-famuż ktieb To Kill A Mockingbird, mietet fl-età ta’ 89 sena. Mewtha kienet ikkonfermatha mill-Uffiċċju tas-Sindku f’Monroeville, fl-Istat ta’ Alabama, fejn hi kienet residenti għal dawn l-aħħar snin.
L-isem proprju tal-awtur, li twieldet f’April tal-1926, kien Nelle Harper Lee.
Hi ippubblikat To Kill A Mockingbird fl-1960 u dan kiseb suċċess kummerċjali kbir madwar id-dinja fejn kien imfaħħar ħafna minn ġenerazzjonijiet ta’ kritiċi u esperti tal-letteratura. Lee rebħet ukoll il-Premju Pulitzer għall-aħjar ħidma letterarja fuq tema fittizja.
Inbiegħu ‘il fuq minn 30 miljun kopja ta’ To Kill A Mockingbird madwar id-dinja.
//= $special ?>