Lokali

Permess ta’ Residenza f’Malta għall-bejgħ fuq eBay

Persuna mill-Brażil poġġa’ għall-bejgħ fuq eBay Permess ta’ Residenza Maltija. Dan il-Permess ta’ Residenza jinsab għall-bejgħ bi prezz ta’ €34.99.

Meta wieħed janalizza ftit il-profil ta’ min qed jipprova ibigħ dan il-Permess, jinnota li l-Brażiljan għandu f’idejh diversi dokumenti u passaporti ta’ dan it-tip. Għalkemm mhux ċar kemm huma oriġinali.

Permess 2

Minkejja li l-Permess ta’ Residenza huwa wieħed skadut, u kien fuq isem ta’ Libjan li jinsab f’pajjiżna għal studju, hemm dubji serji dwar kemm jistgħu jkunu perikolużi dokumenti ta’ dan it-tip meta jkunu qed jiġru fl-idejn. U agħar minn hekk, ikunu għall-bejgħ u esposti mad-dinja kollha.