Festa ta’ ikel u xorb hekk kif tul tmiem din il-ġimgħa qed tiġi mtella’ l-attivita’ Vivanda, attivita’ li fiha wkoll tista’ itiehem l-ikel mħejji għall-pubbliku. Din l-attivita bdiet mill-bieraħ u se tiġi fi tmiemha għada l-Ħadd 21 ta’ Frar. L-attrazzjoni ewlenija tal-attivita’ hijab la dubju l-kompetizzjoni li hija organizzata mill-Malta Chefs Society, li taqa’ taħt il-World Association of Chefs Societies. Il-kompetizzjoni tinkludi presentazzjoni ta’ platti varji bir-rebbieħ jirbaħ l-unur tal-Parade du Chef.
Tul l-attivita’ se jkun hemm ukoll ristorant miftuħ għan-nies preżenti fejn dan joffri ikliet diversi b’varjeta’.
Fil-Vivanda se jkun hemm ukoll mat-30 fornitur bi prodotti differenti. Kull min se jattendi l-attivita’ se jkollu l-opportunita’ li jduq dawn il-prodotti ta’ ikel u kif ukoll t’inbid. Uħud mill-fornituri wkoll se jkunu qed jagħtu xi oġġetti b’xejn lin-nies preżenti.
L-attivita se tkun animata minn Manuel Aquilina li wkoll se jagħmel xi spettaklu għat-tfal. B’donazzjoni ta’ 2Eur għall-karita it-tfal ukoll se jingħataw Muffin minn għand il-Catermax.
Għal din l-attivita’ il-fonazzjoni Inspire ħejjiet kompetizzjoni tal-kejkijiet fejn dawn se jkunu murija tul il-weekend kollu u r-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni se jitħabbar waqt din l-attivita’.
L-attivita’ li qed issir fil-kumpless tal-MFCC f’Ta’ Qali se tkun miftuħa mill-10 ta’ filgħodu sal-10 ta’ filgħaxija.
//= $special ?>