Lokali

FILMAT: Jinqabad jisraq cover ta’ karozza mill-Marsa

Sidien ta’ vettura privata ta’ lewn ċilest li kienet ipparkjata fil-Marsa qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku biex jiġi identifikat raġel li nqabad fil-filmati ta’ kameras tas-sigurta’ jisraq cover li kien jgħatti l-karozza.

Il-każ seħħ iktar kmieni dan ix-xahar, preċiżament nhar is-Sibt 6 ta’ Frar ftit qabel nofs il-lejl fi Triq Balbi il-Marsa.

Fil-filmat, ir-raġel jidher ineħħi l-cover li fuqu hemm miktub in-numru tal-pjanċi bir-reġistrazzjoni “NIC 382” minn fuq il-karozza u jitlaq bih.