Id-Deputat Laburista Joe Sammut ġie msejjaħ biex jixhed minn Mark Gaffarena fid-difiża tiegħu fil-każ dwar l-iskandlu tal-propjeta li l-Gvern ha mingħand Gaffarena fi Strada Żekka l-Belt.
Dan kien zvelat mill-gurnal the times li rrapporta li l-avukat ta’ Gaffarena, l-Avukat Keith Bonniċi, indika lid-Deputat Laburista Joe Sammut biex jixhed dwar ittra li hu bagħat lid-Dipartiment tal-artijiet f’isem Mark Gaffarena.
Jirriżulta li din l-ittra mhix indikata jew imsemmija fir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-iskandlu ta’ Gaffarena għalkemm jista jkun li hi waħda mid-dokumenti nieqsa mill-file ta’ dan il-każ. Kien l-Awditur Ġenerali li fir-rapport tiegħu ndika li hemm diversi dokumenti nieqsa mill-file li hu ngħata biex jinvestiga.
The Times tispeċifika li l-ittra tad-Deputat Laburista Joe Sammut hi l-ittra li fiha ssir it-talba biex issir l-esproprijazzjoni tal-propjeta fi Triq Zekka. L-espropjazzjoni li wasslet għall-iskandlu Gaffarena.
L-involviment tad-Deputat laburista Joe Sammut bħala avukat ta’ Mark Gafferena hu żvilupp ġdid fil-każ u miegħu iġib il-mistoqsija għaliex l-ittra tad-Deputat laburista hi nieqsa mill-file li ngħata lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga.
L-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali kkonkluda li l-esproprijazzjoni tal-propjeta fi Strada Zekka kienet istigata minn Mark Gaffarena u faĊilitata minn Michael Falzon u li kien hemm kolluzzjoni, jiġifieri konfoffa, fil-mod ta’ kif saru l-affarijiet.
//= $special ?>