Il-Ħadd 28 ta’ Frar, il-31 edizzjoni tal-Maratona ta’ Malta, din is-sena se tkun edizzjoni oħra b’parteċipazzjoni rekord, aktar minn 4,000 atleta.
Aktar minn 3,500 se jieħdu sehem fin-nofs maratona fuq distanza ta’ 21 kilometru u aktar minn 750 atleta fil-maratona sħiħ, fuq distanza ta’ 42 kilometru.
Fil-Maratona ta’ Malta se jieħdu sehem aktar minn elfejn atleta barrani.
F’konferenza tal-aħbarijiet, l-organizzatur Joe Micallef appella għall-prudenza mis-sewwieqa fit-toroq fejn se tkun ghaddejja l-maratona, u appella wkoll liċ-ċiklisti biex joqgħodu l-bogħod mill-parteċipanti għax dawn jistgħu ikunu ta’ periklu.
Il-kelliem ta’ l-isports tal-Partit Nazzjonalista David Agius ser ikun fost dawk li ser ikun qiegħed jieħu sehem fil-Maratona ta’ Malta.
//= $special ?>