Lokali

Ingliża vittma ta’ allegat stupru fis-Swieqi

Il-Pulizija qed jinvestigaw każ ta’ allegat stupru fuq mara ta’ 22 sena.

Il-każ seħħ kmieni s-Sibt wara s-6 ta’ filgħodu meta l-mara, li hi ta’ nazzjonalità Ingliża, kienet dieħla f’residenza. Kien f’dan il-ħin meta raġel, ukoll aktarx ta’ nazzjonalità barranija, ħebb għall-mara.

Skont rapporti fil-media, sussegwentament, ir-raġel niżżel lill-mara f’garaxx qrib l-istess residenza fejn hemmek seħħ l-allegat stupru. Il-każ seħħ fi Triq il-Qasam.

Filwaqt li qed issir investigazzjoni mill-Pulizija, dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.