Futbol Sport

Josè Mourinho jgħid li huma t-timijiet li jinsabu interessati fih

Josè Mourinho qal li hu mhux qed ifittex xogħol bħalissa, iżda il-klabbs qegħdin jiġru warajh. Il-Portugiż ta’ 53 sena temm it-tieni avventura ma’ Chelsea f’Diċembru, wara bidu ħażin tal-istaġun.

Minn dakinhar, Mourinho kien qed jissemma b’insistenza ma’ Manchester United li bħalissa jinsabu taħt it-tmexxija ta’ Louis van Gaal. “Il-klabb li jmiss ? Veru ma nafx, iżda ħaġa waħda hi ċerta, jien inħobb il-futbol u se nirritorna bl-istess passjoni u ambizzjoni li dejjem kelli,” qal Mourinho lil La Stampa.

“Bħalissa għandi r-rispett għal kull kowċ f’kull klabb. Jien mhux qed infittex għal klabb, iżda hemm klabbs li qed jfittxu lili.” Rapporti fl-Italja, bdew jgħidu li Mourinho jista’ jirritorna ma’ Inter, li magħhom rebħa it-tripletta fl-2010, hekk kif bħalissa, il-kowċ preżenti Roberto Mancini qed isibha diffiċli biex jassigura post mal-ewwel tlieta fis-Serie A.

Iżda Mourinho li kien Milan biex jara lil Inter jilagħbu kontra Sampdoria, insista li m’għandux pjanijiet li jirritorna ġewwa San Siro. Hu qed jittama li l-eks Manchester City Roberto Mancini u l-President ta’ Inter Erick Thohir jistgħu idawru l-istaġun.

Mourinho qal;”Hemm ħaġa waħda li nista’ niċċara. Jien mhux se nmexxi lit-tim mill-istaġun li ġej. Inter diġà għandhom proġett li hu ta’ Roberto Mancini u Erick Thohir. L-ideat tagħhom għandhom is-sapport tiegħi u nittama lil-pjanijiet tagħhom ikun suċċess. Nixtieq nara l-partitarji ta’ Inter jitbissmu,” kompla l-kowċ Portugiż.

Hu mifhum li Chelsea, bagħtu kopja tal-Capital One Cup u l-Premiership lil Mourinho li kienu l-unuri li rebħu, flimkien ma’ ittra ta’ ringrazzjament.