Balzan komplew bil-forma pożittiva fl-2016 meta għelbu lil Pembroke Athleta 2-1. Għal Balzan, din kienet is-seba’ rebħa konsekuttiva li poġġiet lit-tim ta’ Oliver Spiteri momentarjament fit-tieni post, punt taħt il-lijders Valletta.
Balzan fetħu l-iskor fis-16-il minuta permezz ta’ Lydon Micallef iżda Pembroke għamlu l-iskor indaqs fis-29 minuta b’gowl minn Ariel Laudisi. Balzan skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa fis-87 minuta minn awto-gowl ta’ Rennie Tanti.
//= $special ?>