Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ma kellu xejn x’jgħid lill-eluf ta’ Maltin u Għawdxin li qed jgħixu fil-faqar u li fl-aħħar tlett snin komplew jiżdiedu, meta s-Sibt filgħodu indirizza konferenza tal-aħbarijiet biex jiftaħar dwar ‛Ekonomija B’Sahhitha’.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Parlament, NET News staqsa lill-Ministru kif jista’ jitkellem dwar Ekonomija B’Saħħitha, jekk kemm ilu Ministru tal-Finanzi, żdiedu bi tnax-il elf il-persuni fil-faqar.
Bil-Ministru Scicluna jiġġustifika l-eluf fil-faqar billi jgħid li taħt Gvern Laburista, il-faqar stabilizza ruħu.
//= $special ?>