Miet il-magħruf awtur u filosfu Taljan Umberto Eco li kiseb fama dinjija permezz tan-novella The Name of the Rose.
Eco, li miet fid-dar tiegħu fl-età ta’ 84 sena, kien baqa’ attiv bħala awtur sal-aħħar ta’ ħajtu, fejn proprju s-sena l-oħra ħareġ l-aħħar novella tiegħu bl-isem Numero Zero.
It-tema ta’ The Name of the Rose ipprovdiet il-bażi għal film ċelebri bl-istess isem li kien inħadem fl-1989 u li kellu lill-atturi Sean Connery u Christian Slater fil-partijiet prinċipali.
//= $special ?>