Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja se tkun qed tiltaqa’ t-tnejn iżda għad m’hemmx konfermi jekk din hux se tiddiskuti l-każ tan-nomina kontroversjali tal-Avukat Caorline Farrugia Frendo.
Il-Ġurnal the Times jiżvela li din in-nomina kontroversjali ma kinitx inkluża fl-Aġenda tal-laqgħa tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.
Dwar din in-nomina kontroversjali l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonniċi qed jinsisti li din m’għandiex tmur quddiem il-Kummissjoni għaliex skont hu din m’ghandha xejn irregolari.
In-nomina tal-Avukat Caroline Farrugia Frendo, li hi t-tifla tal-Ispeaker Anglu Farrugia, hi t-tieni nomina kontroversjali magħmula mill-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonniċi dan wara n-nomina tal-Avukat Ingrid Żammit Young fejn il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja iddikjarat li jista jkun hemm ostakolu kostituzzjonali biex hi tkun maħtura Maġistrat.
Fil-fatt tal-Avukat Farrugia Frendo l-kontroversja tqum wara li ken żvelat li din m’ ili tipprtatika għal seba snin bħal Avukat.
Dan hu l-miniminu possibbli għall-Avukat biex ikun maħtru Maġistrat. Kontroversja oħra dwar din in-nomina hi dwar jekk ix-xogħol tagħha ta’ court attorney li għamlet fis-seba snin meħtieġa jikkwalifikaw fir-rikjest meħtieġa għall-approvazzjoni tan-nomina.
Il-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja hi preseduta mill-president ta’ Malta li baqgħet siekta quddiem mistoqsijiet ta’ The Times dwar jekk in-nomina tal-Avukat Caroline Farrugia Frendo għandix tkun riferuta għall-Kummissjoni.
Din in-nomina sabet oppożizzjoni minn diversi setturi fosthom mill-Partit Nazzjonalista, mill-kamra tal-avukati, minn żewġ esperti kostituzzjoni l-Imħallef Giovanni Bonello u d-dekan tal-fakulta tal-liġi fl-Universita ta’ Malta l-Avukat Kevin Aquilina.
Dawn kollha appellaw lill-Gvern biex jirriferi l-każ quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja kif sar fil-każ tan-nomina tal-Avukat Żammit Young.
L-istituzzjonijiet li kkritikaw in-nomina tal-Avukat Farrugia Frendo sostnew li kull dubbju għandu jkun kjarifikat mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.
L-Imħallef Giovanni Bonello wissa lill-Gvern li jkun qed jirriskja kontestazzjoni legali fil-konfront tal-Magistrat il-ġdid li jekk tkun ipprovata tista toħloq diżordni u konfużjoni kbira fil-qrati minħabba li d-deċiżjonijiet kollha li din il-maġistrat tkun tat ikunu dikjarati nulli u bla effett.
//= $special ?>