Lokali

Tuża Spotify? X’aktarx ġejt hacked!

Jekk int wieħed minn eluf ta’ utenti ta’ Spotify, servizz li permezz tiegħu tista’ tuża l-mużika b’xejn legalment, hemm ċans li sfajt fil-mira ta’ hackers mingħajr ma taf.

Dan hekk kif matul il-ġimgħa li għaddiet sar magħruf li s-sistema’ ta’ Spotify kienet fil-mira ta’ hackers li serqu u żvelaw dettalji privati bħall-indirizzi elettroniċi (emails) kif ukoll passwords tal-utenti Premium.

Jirriżulta wkoll li xi ħaġa ma marritx tajjeb hekk kif dawk affettwati ma ġewx infurmati minn Spotify biex ibiddlu d-dettalji tagħhom, kif isir is-soltu.

Minkejja li xi dettalji tal-vittmi spiċċaw pubbliċi, il-kumpanija li tmexxi Spotify qed tiċħad dan l-attakk.