Mijiet ta’ immigranti li ilhom il-ġimgħat jgħixu ġo sezzjoni ta’ kamp fil-port Franċiż ta’ Calais ingħataw ultimatum biex jitilqu mill-inħawi inkella jispiċċaw żgumbrati.
L-immigranti ngħataw sa nhar it-Tlieta biex jitilqu minn din is-sezzjoni magħrufa bħala ‘il-Ġungla’ u kulmin jirreżisti għandu jitneħħa minn hemm bil-forza.
Iz-zona saret qisha hub kulturali għal ħafna mill-immigranti li, fil-parti kbira, ġejjin mill-Afrika u l-Lvant Nofsani.
Fl-istess inħawi jeżistu wkoll numru ta’ ħwienet u strutturi reliġjużi. L-immigranti inkwistjoni, li jistgħu jammontaw għal bejn 1,000 u 2,000, qegħdin jittamaw li jaqsmu minn Franza għar-Renju Unit.
//= $special ?>