Ftit tal-ħin ilu, mara anzjana għal xi raġuni jidher li waqgħet mill-bejt tar-residenza tagħha għal fuq bejt biswit ir-residenza tagħha. L-inċident seħħ għal ħabta tas-siegħa neqsin kwart fi Triq Manwel Dimech f’Tas-Sliema.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili jinstabu fuq il-post joffru l-ewwel għajnuna lill-mara li kellha titniżżel mill-bejt permezz ta’ tower ladder hekk kif kien impossibli li jintuża t-taraġ.
Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza hekk kif jidher li soffriet xi ksur.
Aktar dettalji meta jaslulna.
//= $special ?>