Skont id-Deputat Laburista Joe Debono Grech, il-partitarji Laburisti iridu jieqfu jgħidu u jeqirdu pubblikament kontra l-Gvern ta’ Joseph Muscat, u minflok jgħidu biss dak li qed isir tajjeb. Il-Partit tal-Ħaddiema, kif repettitivament sejjaħlu Debono Grech matul id-diskors tiegħu, għandu bżonn aktar żmien biex iwettaq dak li wiegħed.
Numru ta’ Laburisti qegħdin igergru minħabba n-numru ta’ wegħdiet li saru qabel l-aħħar elezzjoni. Debono Grech talab lill-Laburisti jagħmlu bhal partitarji Nazzjonalisti fi żmien l-leġislatura preċedenti.. u jgħoqodu kwieti u jsemmu biss l-proġetti li saru. Kompla billi qal li lanqas Superman, ma hu kapaċi jirranġa dak li għamel Gvern Nazzjonalista f’25 sena.
Dan id-diskors militanti sar fil-każin Laburista taż-Żurrieq ftit qabel ma ndirizza lill-partitarji l-Prim Ministru Joseph Muscat. Minn naħa tiegħu, Joseph Muscat tkellem dwar l-abozz ta’ liġi fir-rigward tat-terapija ta’ konverżjoni ta’ nies omosesswali. Il-Prim Ministru qal li hu jinsab iddiżappuntat bil-kummenti tal-Knisja.
Joseph Muscat kompla billi ddefenda l-Gvern fir-rigward ta’ Mediċina Out of Stock, hekk kif ix-Shadow Minister Claude Buttigieg żvelat lista ta’ 45 mediċina nieqsa mill-isptar Mater Dei, b’uħud minnhom ikunu meħtieġa fid-dipartiment tal-Kura Intensiva.
Muscat iddefenda wkoll lil Mario Philip Azzopardi, fejn qal li dan l-artist m’għandu l-ebda konnessjoni politika, minkejja li Azzopardi kien wieħed mill-persuni li dehru fuq billboard qabel l-elezzjoni li għaddiet u anke deher fil-video tal-kanzunetta tal-kampanja elettorali tal-Partit Laburista.
//= $special ?>