Boris Johnson, is-Sindku Konservattiv ta’ Londra, se jgħin fil-kampanja biex ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea.
Fir-Renju Unit kien hemm stennija kbira għal dak li se jagħmel Johnson fil-kampanja għar-referendum li se jsir f’Ġunju biex ilbieraħ filgħaxija konferma l-pożizzjoni tiegħu.
Cameron sejjaħ ir-referendum wara negozjati iebsa li ntemmu fis-summit tal-ġimgħa li għaddiet.
Johnson hu politiku popolari ħafna fir-Renju Unit u kien qed jisemma’ bħala suċċessur possibbli għal Cameron. Il-Prim Ministru Ingliż fi tmiem il-ġimgħa għamel diversi appelli biex Johnson jaħdem favur li l-pajjiż jibqa’ membru tal-UE.
Boris Johnson se jaħdem kontra s-sħubija tar-Renju Unit fl-UE
