Lokali

€430 miljun u aktar…iżda l-kju jibqa’ jitwal!

Matul din il-ġimgħa ma’ naqasx id-dibattitu dwar it-Trasport Pubbliku hekk kif fil-Parlament il-Ministru Joe Mizzi waħħal fix-xuffiera għal problemi li hemm fis-servizz. Servizz li issa ħareġ li qiegħed jiswa’ lil pajjiż aktar minn erbgħa mija u tlettin miljun Ewro.

Numru ta’ qarreja ta’ NETnews.com.mt dalgħodu bgħatulna ritratti u filmat tas-sitwazzjoni kaotika li kien hemm fil-venda tal-Belt. Skond numru ta’ qarreja l-akbar problemi kienu fuq is-servizz lejn Marsaxlokk, lokalita’ li kull nhat ta’ Ħadd tara bosta jżuruha minħabba l-monti magħruf li jsir tul Xatt is-Sajjieda.

Segwi aktar fil-filmat.