Paul Gauci Borda ta’ 23 sena mill-Gżira ngħata sentenza ta’ għaxar xhur priġunerija wara li ammetta u nstab ħati ta’ tlett serqiet aktar kmieni din il-ġimgħa. Huwa kien akkużat ta’ serq ta’ numru ta’ arloġġi minn ħanut tad-deheb propjeta’ ta’ Alessia Campisi.
L-ispettur Jonathan Ransley li mexxa l-Prosekuzzjoni qal li Gauci Borda kellu storja twila ta’ attivita’ kriminali u diġa kien nstab ħati fil-passat. Spjega kif l-arloġġi ma’ nstabux hekk kif jidher li dawn nbigħu sabiex l-akkużat imantni vizzju tad-droga.
Il-Maġistrat Aaron Bugeja fis-sentenza tiegħu ordna lid-direttur tal-ħabs sabiex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex Gauci Borda jgħeleb l-vizzju tad-droga. Huwa ħeġġeġ lill-istess Gauci Borda sabiex jirifletti fuq ħajtu u sabiex jirifletti wkoll fuq l-effett ta’ dak li qiegħed jagħmel fuq il-familja tiegħu u dawk ta’ madwaru.
//= $special ?>