Deċiżjoni li ftit nies kienu qed jistennew hekk kif il-kowċ ta’ Roma Luciano Spalletti ddeċieda li ma jsejjaħx lill-kaptin u veteran Francesco Totti għal partita tal-lejla. Skont rapporti fl-Italja, Totti kien mistenni li jibda l-partita, iżda b’din id-deċiżjoni mhux talli mhux se jilgħab iżda wisq anqas mhux se jkun fuq il-bank tas-sostituti.
Totti kien iddikjara ma’ Tg1 li għandu jkollu r-rispett xieraq lejn il-klabb u l-flokk li libes għal tant snin filwaqt li qal li jittama li l-ħafna aħbarijiet li qara fuq il-ġurnali jintqalu lilu. Skont is-sit Taljan ‘gazzetta.it’, Spalletti tkellem ma’ Totti dalgħodu u qalli li mhux se jkun mgħajjat kontra Palermo. F’dan il-punt Totti, ħa d-deċiżjoni li jsellem lill-sħabu tat-tim u rritorna d-dar tiegħu.
//= $special ?>