Futbol Sport

Illejla Replay fid-9:35pm fuq Net Television…Oliver Spiteri u Dione Borg fost il-mistiedna

Id-diskussjoni fuq il-programm sportiv ta’ Net Television, Replay tkompli llejla fid-9:35pm hekk kif fit-tmiem il-ġimgħa bdiet tintlgħab l-aħħar fażi tal-Kampjonat Premier. Fil-programm tal-lejla, bi presentazzjoni ta’ Christian Micallef u Sarah Agius, il-mistiedna tal-programm se jkunu l-kowċ ta’ Balzan Oliver Spiteri u s-Segretarju ta’ Floriana, Dione Borg. Flimkien magħhom ikun hemm ukoll il-mistiedna residenti, Robert Micallef u Konrad Sultana.

Apparti li niddiskutu l-partiti kollha ta’ tmiem il-ġimgħa mill-Kampjonat Premier u ħarsa lejn uħud mill-partiti mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, waqt Replay tal-lejla jkun hemm temi oħra ta’ diskussjoni marbuta mal-attwalitá tal-futbol lokali.

Replay tal-Ħadd filgħaxija jixxandar LIVE fid-9;35pm fuq Net Television.