It-temp tal-llum, ikkumplimenta l-attivita’ mill-isbaħ li ġiet organizzata f’San Pawl il-Baħar. Attivita’ li fiha spikkat l-istorja u l-kultura ta’ pajjiżna, bit-tema marbuta mat-Torri ta’ Wignacourt li jinsab max-xatt, ftit il-passi l-bogħod mill-attivita’ innifisiha.
L-attivita’ ‘The Wignacourt Tower Festival’ organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, ġabret diversi interessi flimkien biex inħolqot festa kulturali għall-gosti ta’ dawk kollha li attendew, kemm Maltin kif ukoll turisti:
Għal din l-attivita’, attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, fejn żar n-numru ta’ bankarelli li kienu armati bi prodotti lokali, ikel u ħelu tradizzjonali, u annimali ta’ kull speċi. Il-Kunsill Lokali ħa ħsieb ukoll li jiġu organizzati żfin tradizzjonali u rappreżentazzjoni ta’ parata tal-Kavallieri.
Matul din l-attivita’, il-pubbliku kellu l-opportunita’ wkoll li jżur it-Torri ta’ Wignacourt u jidħol fih mingħajr ebda ħlas.
//= $special ?>