Fl-Istati Uniti tkompli t-tellieqa Presidenzjali. Fuq in-naħa tad-Demokratiċi l-eks Segretarju tal-Istat Amerikan Hillary Clinton għelbet l-isfida aktar iebsa milli mistenni tas-Senatur ta’ Vermont Bernie Sanders fil-votazzjoni li saret fl-istat ta’ Nevada sabiex b’hekk Clinton reġgħet lura għat-triq pożittiva wara d-disfatta li kellha f’New Hampshire.
Minn naħa l-oħra fuq in-naħa tar-Repubblikani f’South Carolina ħareġ rebbieħ mill-ġdid Donald Trump. Ted Cruz u Marco Rubio baqgħu l-eqreb rivali ta’ Trump hekk kif Rubio ġie fit-tieni post b’Cruz ferm viċin fit-tielet post. Minn naħa l-oħra l-eks Gvernatur ta’ Florida Jeb Bush irtira mit-tellieqa wara riżultat ieħor diżżapuntanti sabiex b’hekk ikomplu jonqsu l-kandidati għal votazzjoni ta’ Super Tuesday li ssir fl-1 ta’ Marzu fejn aktar minn 12 il-stat jagħmlu l-għażla tagħhom għan-nomina tal-partiti rispettivi.
//= $special ?>