Fl-Italja tressaq abozz ta’ liġi li qed jipproponi ħlas lura lil dawk li jivjaġġaw bit-trasport pubbliku jekk il-karrozza tal-linja tasal aktar minn nofs siegħa tard. Fl-istess abozz hemm ukoll li min jinqabad jivjaġġa mingħajr biljett se jissogra jeħel multa ta’ 200 ewro.
L-abozz qed jitressaq biex jipproteġi l-vjaġġaturi tat-trasport pubbliku. Id-dritt għall-ħlas lura qed jiġi propost għal dewmin ta’ nofs siegħa fuq rottot qosra filwaqt ta’ siegħa fuq rottot twal bil-karrozzi tal-linja jew metro.
Dan sakemm ma jkunx tort ta’ strajk jew diżastru naturali jew xi ħaġa imprevedibbli.
Lejn ħlas lura fl-Italja jekk tal-linja tkun tard
