Illum f’nofsinhar il-Fondazzjoni U (Xandir Soċjo-Reliġjuż) se jkollha attività sportiva ġewwa l-Imqabba ‘grounds’ fejn numru ta’ timijiet dilettanti se jilagħbu f’ ‘Tournament tal-Futbol b’risq il-Missjoni. Għal l-okkażjoni se jkun mistieden is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, l-Onorevoli Chris Agius, li se jagħmel iċ-ċerimonja tal-ftuħ.
It-‘Tournament’ tal-Futbol huwa twil 4 siegħat u kulħadd mistieden jiġi jsegwi l-logħob ġewwa l-Imqabba ‘grounds’ u jħalli d-donazzjoni tiegħu, tkun xi tkun, u anke jekk ma tkunx. Din l-attività hija organizzata mill-grupp żgħażagħ tal-Fondazzjoni U u hija parti mill-attivitajiet li jsiru tul is-sena marbutin mal-Maratona Missjoni li tixxandar tlitt darbiet fis-sena fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televixin.
//= $special ?>