Sport Sport Ieħor

Pool: It-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt it-23 sena Champions tal-Ewropa

Għat-tieni sena konsekuttiva t-tim nazzjonali Malti tal-Pool rebaħ il-kamjonati Ewropej tal-kategorija ta’ taħt it-23 sena li saru ġewwa Franza. Fil-finali, it-tim Malti għeleb lit-tim nazzonali Ingliż 5-4. It-tim Malti, li kien imexxi minn Vincent Degiorgio, kien kompost minn Ryan Pisani, Lothar Mallia, Dejan Grech u Dylan Cassar.

Sadanitant it-tim nazzjonali tal-Irġiel kien pass bogħod milli jirbaħ it-tiltlu wara li ħareġ tellief fil-finali kontra t-tim nazzjonali Ingliż 8-7.  Ta’ min isemmi li t-tim Malti kien qiegħed igawdi vantaġġ ta’ 7-4 u kien jonqsu frame wieħed biss biex jirbaħ l-unur. Fl-istess kampjonati, il-plejer Malti Johan Attard rebaħ l-unur tal-Aqwa Plejer tat-Tournament fil-kategorija tal-Irġiel.

It-timijiet Maltin jirritornaw Malta llum fl- 10.25pm minn Pariġi.