Dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax sewwieq ta’ mutur baqa’ dieħel fit-tabelli tat-triq fi Triq il-Kosta. Is-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 45 sena mill-Ħamrun jidher li kien għaddej minn Triq il-Kosta direzzjoni lejn St. Andrew’s meta għal xi raġuni baqa’ dieħel fit-tabelli li hemm fuq centrali strip.
B’riżultat ta’ l-inċident ir-raġel tkaxkar bil-mutur b’kollox għal madwar tmien metri filwaqt li bid-daqqa t-tabelli tgħawġu.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza biex jingħata kura għal xi ġrieħi li ġarrab.
//= $special ?>