Lokali

FILMAT: Sewwieq ta’ mutur jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku

It-tielet inċident fatali tat-traffiku għal din is-sena seħħ illejla għal ħabta tal-ħamsa u nofs fi Triq il-Mellieħa, l-Manikata propju ħdejn il-knisja tal-Manikata.

Dan hekk kif Clint Farrugia, Rabti ta’ 26 sena, kien qed isuq mutur Suzuki meta tilef il-kontroll u ħabat ma’ żewġ vetturi waħda tat-tip Nissan X-Trail misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti Ħal-Qormi u oħra tat-tip Mazda 323 misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti Marsaxlokk.

Ir-raġel, ġuvni ta’ 26 sena residenti r-Rabat, Malta ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta bil-Maġistrat waqt li l-pulizija qed tinvestiga l-każ.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja li ordna li ssir Inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.