Niko Zammit ta’ 22 sena minn Birżebbuga inżamm arrestat fuq akkużi ta’ serqa fuq anzjana.
Hu jinsab akkużat li fl-14 ta’ Novembru 2015 hu seraq il-handbag ta’ Giovanna Farrugia ta’ 68 sena u kkaġunalha feriti waqt is-serqa. L-anzjana kellha €80 u mobile, li l-akkużat biegħ lil ħaddieħor. L-akkużat qed jiffaċċja sentenza ta’ erba’ snin ħabs.
Fil-Qorti l-akkużat infexx xibki u sostna li kull ma kellu bżonn kienet ġimgħa biex isolvi kollox. F’mument minnhom l-akkużat infexx jgħajjat fil-Qorti u jsostni li hu kien mexa b’mod tajjeb iżda kien qed jaffaċċja erba’ snin ħabs. Inizjalment l-akkużat ammetta l-ħtija mal-pulizija iżda fil-Qorti sostna li mhux ħati.
//= $special ?>