Gilmar da Silva Ribeiro hu r-rebbieħ ta’ Twistees Plejer tax-Xahar għal Jannar tal-programm Replay li jixxandar fuq Net Television. Il-presentazzjoni ta’ dan l-unur saret mill-producer eżekuttiv u presentatur tal-programm Replay, Christian Micallef lill-midfielder ta’ Hibernians li għandu 25 sena.
F’Replay Preview ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda, ixxandar servizz dwar ir-rebħ ta’ dan l-unur minn Gilmar b’intervista mal-plejer kif ukoll mal-kowċ tiegħu, Branko Nisevic.
Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija hu mwassal bl-appoġġ ta’ Twistees, McVities, Carlsberg, GasanMamo Insurance, Best Deal Properties, King of Shaves u Malta Football Players Association.
Ritratt ta’ Christine Borg.
//= $special ?>

