Kurżitajiet

FILMAT: Il-ferħ minn mara ta’ 106 sena meta tiltaqa’ mal-President Obama

Laqgħa kommoventi imma anki mimlija ferħ. Dan hekk kif Virginia McLaurin ta’ 106 sena rat ix-xewqa tagħha titwettaq hekk kif kienet mistiedna mill-Presdient Barack Obama biex iżur il-White House.McLaurin twieldet fl-1906 f’South Carolina u ta’ 14-il sena marret tgħix fil-kapitali Washington D.C. F’Marzu hi se tgħalaq 107 sena. Hi kienet mistiedna bħala parti minn dik magħrufa bħala Black History Week fl-Istati Uniti.