Resident f’Ħ’Attard għadda dan il-filmat lil NETnews.com.mt, li juri anzjana tidħollu fil-propjetà tiegħu u tisraqlu numru ta’ affarijiet relatati mal-qsari.
Il-każ seħħ l-Erbgħa li għadda, fi Triq id-Dirsa, meta l-anzjana nqabdet mill-cameras tas-sigurtà tad-dar tidħol għal darba tnejn biex twettaq is-serq.
Fl-ewwel każ, is-serqa saret għall-ħabta tas-2pm u t-tieni każ seħħ għall-ħabta tad-9.30pm.
Filwaqt li spjega ma’ NETnews.com.mt li diġà kien vittma ta’ serq ta’ dan it-tip, u kien għalhekk li waħħal il-cameras tas-sigurtà mad-dawra tal-propjetà tiegħu, ir-resident qal li l-anzjana serqitlu qasrija li tiswa l-flus.
Iżda, jekk dan ma kienx biżżejjed, filgħaxija serqitlu wkoll il-kolonna li fuqha kellu din il-pjanta!
//= $special ?>