Lokali

Għada tingħata l-aħħar tislima lil Clint Farrugia b’korteo bil-muturi

Għada se tingħata l-aħħar tislima lil Clint Farrugia fil-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat.

Clint tilef ħajtu traġikament f‘inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ fil-Manikata waqt li kien qed isuq mutur. Sfortunatament, ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

F’xita ta’ messaġġi, il-ħbieb ta’ Clint qalu li mhux se jitilfuh minn qalbhom.

Għada, il-familjari u l-ħbieb ta’ Clint se jkunu jistgħu jagħtuh l-aħħar tislima b’korteo bil-muturi li se jitlaq mill-isptar Mater Dei. Aktar tard, issir quddiesa fil-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat. Il-korteo jitlaq mill-isptar fis-2 ta’ waranofsinhar.