Kmieni dalgħodu karozza u vann ħabtu f’xuklxin fit-triq li minn Raħar Ġdid twassal lejn Ħal Luqa, fuq in-naħa ta’ wara taċ-ċimiterju tal-Addolorata.
Kawża tal-ħabta, fit-triq ta’ Santa Luċija u l-madwar inġema’ ammont kbir ta’ traffiku.
Il-karozza tat-tip Peugeot kienet misjuqa minn mara ta’ 50 sena filwaqt li l-vann Vauxhall kien misjuq minn raġel ta’ 54 sena.
Il-mara, li hi minn Santa Luċija, ittieħdet l-Isptar għall-kura.
Sat 8:45am it=-triq kienet għadha magħluqa.
//= $special ?>